Politika tal-Privatezza tal-App Ride Sharing
Il-Gvern ta’ Malta żviluppa l-app Ride Sharing bħala app B’xejn. Dan is-SERVIZZ huwa pprovdut mill-Gvern ta’ Malta mingħajr ħlas u huwa maħsub biex jintuża kif inhu.
Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utenti tagħna u ma niġbrux ebda informazzjoni personali sakemm din ma tingħatax b’mod volontarju. Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586), għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħand l-utenti, u se nimxu ma’ dan id-dmir. Nieħdu l-passi kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma naqsmux dettalji miġbura mingħand viżitaturi u utenti ma’ partijiet terzi sakemm ma tingħatx il-kunsens tagħna biex nagħmlu dan jew jekk ma nkunux awtorizzati mil-liġi.
Kif nipproċessaw id-dejta personali?
1. Informazzjoni li Niġbru
- 1.1 Dejta Miġbura Awtomatikament: Meta tuża l-app tagħna, niġbru b’mod awtomatiku ċerta informazzjoni, inkluż:
- Informazzjoni dwar it-tagħmir bħall-mudell, is-sistema operattiva u l-verżjoni.
- Dejta dwar l-użu tal-app bħall-paġni miżjura, l-azzjonijiet meħuda, u ż-żmien impjegat.
- Informazzjoni dwar il-lokalità, ibbażata fuq l-indirizz IP jew l-issettjar tat-tagħmir (jekk jingħata permess).
- 1.2 Dejta dwar Żbalji u Inċidenti: L-app tagħna tuża Prometheus biex tiġbor dejta dwar żbalji u avvenimenti speċifiċi fl-app biex tgħinna ntejbu l-prestazzjoni tagħha u nsolvu problemi.
2. Kif Nużaw id-Dejta Tiegħek
- 2.1 It-Titjib tal-App Tagħna: Nużaw id-dejta li niġbru biex nifhmu kif l-utenti jinteraġixxu mal-app tagħna, nidentifikaw xejriet, insolvu problemi, u ntejbu l-esperjenza ġenerali tal-utent.
- 2.2 Analiżi: Bl-użu ta’ Firebase Analytics, nanalizzaw l-imġieba tal-utenti biex noffru karatteristiċi u servizzi aħjar.
- 2.3 Traċċar tal-Iżbalji: Bl-għajnuna ta’ Prometheus, nistgħu nidentifikaw, insegwu, u nsolvu żbalji jew problemi fl-app b’mod rapidu, biex niżguraw esperjenza aktar bla xkiel għall-utenti.
3. Servizzi ta’ Partijiet Terzi
- 3.1 Firebase Analytics: L-app tagħna tuża Firebase Analytics, servizz ta’ analiżi tal-web ipprovdut minn Google. Firebase Analytics jiġbor, jaħżen u jipproċessa dejta biex jipprovdilna għarfien dwar kif l-utenti jinteraġixxu mal-app tagħna. Il-politika tal-privatezza ta’ Google tista’ tinstab https://policies.google.com/privacy?hl=mt.
- 3.2 Prometheus: Prometheus jgħinna nidentifikaw u niddijanjostikaw problemi fl-app tagħna. Id-dejta mibgħuta lil Prometheus tinkludi rapporti ta’ żbalji u kultant xejriet ġenerali ta’ użu tal-app. Tista’ tara l-politika tal-privatezza ta’ Prometheus https://www.prometheusgroup.com/company/privacy-policy.
4. Drittijiet tas-Suġġetti tad-Dejta
4.1 Is-suġġetti tad-dejta jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jaċċessaw id-dejta li għandna dwarhom. Fil-każ ta’ mistoqsijiet relatati mad-dejta li tista’ tinżamm minna, l-utenti huma mitluba jikkuntattjawna billi jibagħtu talba lill-kontrollur tad-dejta permezz tal-formola ta’ https://rideshare.gov.mt/contact.
5. Żamma tad-Dejta
5.1 Aħna nżommu d-dejta miġbura biss sakemm ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom inġabret, sakemm ma jkunx hemm ħtieġa oħra skont il-liġi.
6. Sigurtà
6.1 Nieħdu miżuri raġonevoli, inkluż salvagwardji amministrattivi, tekniċi, u fiżiċi, biex nipproteġu d-dejta tiegħek minn telf, serq, użu ħażin, aċċess mhux awtorizzat, żvelar, alterazzjoni u qerda.
7. Responsabbiltà
7.1 Aħna mhux se nkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara kkawżata minn attakk ta’ distributed denial-of-service, viruses jew materjal ieħor teknoloġikament ta’ ħsara li jista’ jinfetta t-tagħmir mobbli tiegħek, il-programmi jew id-dejta tiegħek jew kwalunkwe materjal proprjetarju ieħor minħabba l-użu tiegħek tal-APP jew tniżżil ta’ kwalunkwe materjal ippustjat fuqha, jew kwalunkwe ħaġa marbuta magħha.